Jitniehda l-festival L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ. Dan ġara llum fil-Palazz tal-verdala fil-Buskett. L-iskop tal-festival hu li jagħti spażju liż-żgħażagħ ta’ taħt is-sittax-il sena jesprimu ix-xewqat, l-aspirazzjonijiet u l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti.
Il-parteċipanti ser ikunu akkumpanjati minn ensemble ta’ 16-il mużiċist mill-Malta Concert Orchestra f’dan il-fesitval, liema festival se jilqa’ wkoll kantanti mistednin barranin. Dan intqal mic-chairpwerson tal-festival Carmelo Schembri u mill-kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu.
L-Għanja tal-Poplu – Żgħażagħ ser jittella’ l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu filgħaxija fit-teatru tal-Kullegg San Benedittu u filgħodu ser ikun hemm rapreżentazzjoni speċjali għall-iskejjel. Biljetti jistgħu jinkisbu minn www.ticketline.com.mt . Għar-repreżentazzjoni ta’ filgħodu, il-booking isir mill-Kulleġġ San Benedittu, tel: 25984400 jew e-mail: sbc.kirkop.ss@ilearn.edu.mt.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Akkademja tal-Malti u l-Aġenzija Żgħażagħ qed jissapportjaw dan il-festival. Il-Malta Concert Orchestra ta’ Pjazza Teatru Rjal qed toffri ensemble ta’ sittax-il mużiċist li ser takkumpanja l-kanzunetti taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Abela u Mro Joe Brown.