Is-santwarju tal-klieb u l-qtates, MSPCA, ra żieda fl-addozzjonijiet tal-klieb u l-qtates fis-sena 2017. Dan meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fis-sena 2017 kienu 122 annimal li sabu familja ġdida residenti f’Malta. Dan ifisser żieda ta’ 33% meta mqabbel mas-sena 2016 u żieda ta’ 84% meta mqabbel mas-sena 2015.
Is-santwarju spjega kif persuni li jaddottaw qtates bħala parti mill-familja tagħhom żdiedu b’80%. Spjega kif fl-2017 sewwew madwar 400 annimal u l-istess santwarju kellem 3,000 student sabiex jinħoloq aktar għarfien dwar l-annimali.
L-MSPCA tieħu ħsieb li timxi skont il-liġijiet għas-santwarji, jipprovdu abitat kif sippost għall-qtates biex iħossuhom komdi, u kull kelb li hemm fis-santwarju jinħareġ għal mixja kuljum.