Bruno Mars u Kendrick Lamar kisbu suċċess kbir, dan hekk kif ħatfu l-maġġoranza tal-awards waqt il-Grammys ta’ din is-sena.L-artist ta’ fama mondjali, Mars, ngħata l-award ta’ Album tas-sena – xi ħaġa li bosta persuni ħasbu li se jkun Lamar li se jikseb dan l-award għall-album tiegħu li kien fost l-aktar favoriti.
Iżda filwaqt li Mars iddomina fis-sezzjoni tal-mużika R&B, Lamar iddomina fil-kategorija tar-rap.
Alessa Cara rebħet l-award tal-aqwa artista li hi ġdid fix-xena tal-mużika – fejn kienet l-unika artista mara li rebħet award daqstant prestiġġjuż tul is-serata.
Artisti bħal Lady Gaga, Kesha, Lorde u SZA ma ngħatawx ħafna attenzjoni, fejn kien hemm biss 17-il award li ntrebħu minn artisti ta’ sess feminili minn total ta’ 86 award.