Wasalna għall-pass storiku li jmiss. Pass li se jkun qed jagħti l-opportunita’ lil żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq biex isemmgħu leħinhom u jivvutaw fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u kif ukoll fl-Elezzjoni Ġenerali. Dan hekk kif għada pajjiżna se jkun qed jagħmel pass ieħor favur iż-żgħażagħ fejn il-Parlament se jibda jiddibatti l-wegħda elettorali Vot 16.
Mixja, li fi kliem is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli hi waħda importanti għal pajjiżna li se tkompli ssaħħaħ is-sisien tad-demokrazija.
Malta se tkun it-tieni pajjiż fl-Unjoni Ewropea li l-eta’ tal-votazzjoni se tkun ta’ 16-il sena.