B’reazzjoni għall-artiklu ppubblikat fis-Sunday Times dwar art industrijali li ngħatat fl-inħawi magħrufa bħala tal-Barmil, fix-Xewkija, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar wieġeb billi saħaq li l-proġett imsemmi huwa parti mill-Malta Industrial Parks.
Fakkar li kull proġett propost mill-Malta Industrial Parks jiġi kkunsidrat fil-mertu tiegħu.
Intqal li rapport indipendenti li sar kkonferma li l-proġett tal-Industrial Parks fix-Xewkija se joħloq ġid ekonomiku, tant li se joħloq kważi tlett mitt impjieg ġdid f’Għawdex.
L-istqarrija tal-Ministeru għall-Ekonomija temmet tgħid li l-Gvern huwa impenjat li jiżviluppa lil Għawdex f’ċentru li jkompli jattira l-investiment.