Il-Pulizija Maltija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha wara rapport li sar fis-Sunday Times dwar familja Tuneżina li allegatament ntalbet ħlasijiet biex tibqa’ Malta.
Fi stqarrija l-pulizija spjegat li immedjatament wara li dawn l-allegazzjonijiet qamu quddiem l-bord tal-appell tal-immigrazzjoni, il-pulizija bdiet tinvestiga.