Inċident li seħħ il-bieraħ għal ħabta tat-15.30 fl-Imrieħel bejn tractor u vann tal-għamla Toyota ħalla xi persuni fi stat ta’ xokk qawwi għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’.
L-impatt qawwi wassal biex mad-daqqa, il-vann inqaleb fuq ġenb u baqa’ jitkaxkar għal diversi metri.
Dan ġara quddiem l ambaxxata Libjana. Issejħet immedjatament l-assistenza tal-pulizija li kienu fil-viċinanzi jagħmlu xogħol ieħor fejn kienu stazzjonati mal-Ambaxxata Libjana li mill-ewwel taw l-għajnuna tagħhom biex ħarġu żewġ ħaddiema mill-kabina tal-vann.
Il-persuni nvoluti ma kellhomx ġrieħi gravi.