Id-dinja fosthom Malta illum qiegħda tfakkar it-tlieta u sebgħin anniversarju tal-ħelsien tal-priġunieri mill-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz fin-Nofsinhar tal-Polonja. Imlaqqam il-fabbrika tal-mewt, tul it-Tieni Gwerra Dinjija, fil-kampjiet ta’ konċentrament inqatlu aktar minn miljun ruħ, fil-biċċa l-kbira tagħhom Lhud, f’wieħed mill-agħar għemejjel ta’ inumanità u mibegħda.
Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem il-memorja tal-vittmi tal-Olokawst. Huwa sejjaħ għal impenn b’saħħtu min-nazzjonijiet kontra l-anti-semitiżmu u r-razziżmu. Dr Muscat saħaq fuq il-paċi u sostna li fid-dinja m’hawnx post għal mibegħda.
Il-ġurnata tal-lum kienet iddikjarata mill-Ġnus Magħquda bħala l-Jum Internazzjonali ta’ Tifkira tal-Olokawst.
#Malta paying tribute to memory of Holocaust victims with @AssoJewish #NotOnMyWatch campaign on #HolocaustMemorialDay. A united call to strengthen nations’ commitment against anti-Semitism and racism. No room for hatred, insist on peace -JM pic.twitter.com/VyRwxn28Iz
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) January 27, 2018