Hekk kif il-Presidenza Maltija għall-Kunsill Ewropew tinsab qrib, il-preparamenti loġistici għaddejien ġmielhom. Rendikont dwar dan ingħata f’konferenza tal-aħbarijiet f’laqgħa tal-MEUSAC Core Group li matulha ingħatat ħarsa fuq il-prioritajiet u l-programm tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Presidenza Ewropeja Ian Borg qal li laqgħa bħal din isservi biex ikun hemm aktar għarfien bejn dawk responsabbli mit-tmexxija tal-Presidenza, il-mexxeja poltiċi u dawk kollha involuti fis-soċjetà ċivili.
Ian Borg qal li biex tissaħħaħ il-preżenza Maltija fi Brussel, kienu impjegati aktar minn 100 rappreżentant gdid biex ikunu jsitghu ilahhqu mad-domanda ta’ xoghol bi preparazzjoni ghall-Presidenza Maltija f’inqas minn sebgha xhur ohra. F’pajjizna il-hidma se tkun wahda ikbar, b‘aktar minn ghoxrin elf uffiċjal se jkunu Malta fis-sena 2107 sabiex imexxu l-aġenda Ewropea minn Malta. Malta f’isem is-Slovvakja se tkun qed tmexxi wkoll il-qasam marittimu, għaldaqstant evidenti hi l-ħidma mifruxa li se jkollu pajjiżna fiz-zmien li ġej.
Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li huwa essenzjali li pajjiżna jifhem l-esigenzi li l-Kunsill se jkun qed jistenna mill-Presidenza Maltija.
Fost oħrajn din il-Presidenza se tkun qed tiffoka fuq il-ħidma ekonomika Ewropea u l-ħolqien t’impjiegi.
Settur fejn qed jara l-Ewropa titlef il-kompettitivita tagħha ma’ swieq oħra internazzjonali. Dan se jkun żmien fejn Malta tikkontribwixi lura lill-Unjoni Ewropea, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Ian Borg.
Il-laqgħa kienet preseduta mill-Ministru Helena Dalli.