Statistika maħruġa mill-Eurostat tindika li fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Eworpea, il-prezz tal-elettriku żdied bi 2.4% bejn it-tieni nofs tal-2014 u t-tieni nofs tal-2015.
Grazzi għal miżuri li ħa dan il-Gvern, dan ma jistax jingħad għal pajjiżna. Infatti Malta rreġistrat ir-raba’ l-inqas prezz tal-elettriku fost 28 pajjiż. Wara snin jaraw żieda wara żieda, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma raħsu bi 25% għal familji fl-2014, u fl-2015 raħsu għall-industrija.
Il-prezz medju tal-elettriku f’pajjiżna kien €12.7 għal kull 100 kWh fit-tieni nofs tal-2015. Il-medja Ewropea kienet €22.1.
L-iktar pajjiż b’elettriku baxx kien il-Bulgarija, filwaqt li l-aktar pajjiż b’elettriku għoli huwa d-Danimarka, fejn il-prezz huwa €30.4 għal kull 100 kWh.