Parigi jidher li qed tlesti ruħha minħabba għargħar li huwa iminenti peress li x-xmara Seine qed tgħola fil-livelli tal-ilma. Dan qed jitqies li se jkun qed jgholha iżjed min-normal.
Xi kantini fil-belt diġà huma mifqugħa bl-ilma.
Bosta toroq fir-reġjun diġà huma mgħarrqa wkoll u t-traffiku fuq l-ilma ġie interrott.
L-ilma mistenni jitla’ sa 6m, li huwa mill-inqas 4m ‘l fuq mil-livell normali tiegħu.
L-istatwa tas-suldat Krimean li magħruf bħala l-Zouave u li jinsab fuq il-Pont de l’Alma huwa wkoll sinonimu mat-tkejjil tal-ilma tax-xmara.
L-agħar għargħar li kien hemm f’Parigi b’rabta max-xmara Seine kien fl-1910 meta Pariġi għerqet taħt l-ilma għal madwar xaharejn.
#CrueSeine à Paris : les images vues du ciel filmées par les services de la @prefpolice à l’aide d’un drone pic.twitter.com/q5N9j8PPbN
— Préfecture de police (@prefpolice) January 26, 2018