Student Taljan bl-isem ta’ Giulio Regeni, li nstab maqtul sentejn ilu fil-Kajr, inqatel minħabba xi riċerka li kien qed jagħmel fuq it-trejd unions indipendenti fl-Eġittu.
F’kumment iddettaljat dwar l-invextigazzjoni, Giusepe Pignatone qal li Regeni kien taħt is-sorveljanza tal-Pulizija Eġizzjana sakemm sparixxa, iżda Pignatone ma akkuża lil ħadd.
Uffiċjali Eġizzjani, li ċaħdu li kienu involuti fil-qtil ta’ Regeni, ammettaw li kienu qed isegwuh.
L-istudent ta’ 28 sena kien qed jagħmel riċerka għall-Univerista’ ta’ Cambridge meta sparixxa fis-25 ta’ Jannar tal-2016. Il-katavru ta’ Regeni nstab f’ġenb ta’ triq fil-Kajr disat ijiem wara.
Is-suġġett li kien qed jirriċerka kien wieħed politikament sensittiv, fel il-Gvern kien qed jintesifika l-forza tiegħu fuq dimostranti.