Ir-Raġel Tuneżin ta’ 31 sena residenti l-Furjana li kien qed isofri minn ġrieħi serji wara li nstab mitluf minn sensih u b’daqqiet ta’ arma u bil-ponta fil-Furjana m’għadux fil-periklu tal-mewt.
Il-każ ġara għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ħamis li għadda filgħaxija fejn ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Miratur, il-Furjana.Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn instab raġel mitluf minn sensieh u li għandu daqqiet, allegatament, ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa u l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Filmat u ritratt: Edward Montebello