Il-mexxej Taljan ċentru lemini Silvio Berlusconi appoġġja lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani bħala kandidat favorit għal Prim Ministru Taljan għall-elezzjonijiet nazzjonali li jmiss.
Tajani huwa eks Kummissarju Ewropew u membru tal-partit Forza Italia tal-istess Berlusconi, l-iktar grupp fil-koalizzajoni ċentru lemini li huwa favorit li jirbaħ l-ikbar ammont ta’ siġġijiet fl-erbgħa ta’ Marzu.
Berlusconi, li kien erba darbiet Prim Ministru Taljan, ma jistax jikkontesta minħabba li nstab ħati ta’ frodi tat-taxxi fl-elfejn u tlettax, qal fuq stazzjon tar-radju li kellu f’moħħu tlett kandidati, iżda semma biss lil Tajani.
Sostna li kieku Tajani jkun Prim Ministu, jkun għażla mill-aqwa, hekk kif dejjem wera lealta assoluta lejn il-prinċipji u l-ideat, u lejn Berlusconi nnifsu.