Minn tal-anqas ħdax-il persuna nqatlu u 22 oħra ndarbu fi splużjoni ta’ żewġ karozzi fiż-żona ta’ Salmani f’Benghazi, il-Libja.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qed tirrapporta li f’dawn l-isplużjonijiet inqatel il-kmandant Ahmed Fitouri. Fil-mira tal-isplużjonijiet kien hemm ukoll il-Brigadier Mehdi Falah, il-Kap ta’ Kontra l-Ispjunaġġ fis-Servizzi tal-Intelliġenza Militari.