Ix-shutdown tal-gvern Amerikan intemm wara li r-Repubblikani u d-Demokratiċi vvutaw fuq abbozz temporanju ta’ finanzjament.
It-tmexxija tad-Demokratiċi qablet li tappoġġja l-abbozz wara li aċċettat wegħdiet mir-Repubblikani għal dibattitu iktar tard fuq il-futur tal-immigranti llegali żgħażagħ.
Din hija r-raba’ miżura temporanja minn Ottubru minħabba li Capitol Hill ma qablux fuq baġitt fit-tul.
L-abbozz ta’ finanzjament għadda mis-Senat b’wieħed u tmenin vot favur u tmintax kontra, filwaqt li fil-Kamra tar-Rappreżentanti, l-abbozz ġab mitejn sitta u sittin vot favur u mija u ħamsin vot kontra.