Il-Maltija Sara Ezabe hi ntgħażlet fost 30 żgħażagħ li huma taħt it-30 sena u li qed iħallu effett pożittiv fuq id-dinja tal-lum. Dan hekk kif hi ntgħażlet f’lista ta’ Forbes għas-sena 2018. Ezabe ntgħażlet fil-kategorija tal-policy f’lista li hu maqsuma f’għaxar kategoriji differenti li fosthom jinkludu l-midja, policy, l-industrija, l-arti fost aktar.
Forbes spjega kif wara li affaċċjat episodji ta’ diskriminazzjoni għax tilbes il-velu, Ezabe waqqfet il-moviment #RedefiningUs. Ezabe hi wkoll il-Kummissarju tan-National Youth Council.