Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet b’mod pożittiv il-vot li ttieħed mill-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Piloti tal-Air Malta, ALPA. Dan hekk kif dan il-vot ifisser li ġie approvat il-qbil bejn il-Gvern u l-ALPA li jittratta l-futur tal-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta. Il-Kamra tal-Kummerċ awgurat lil kull min hu involut u nnotat li l-interess tan-nazzjon iddomina, dan hekk kif sar dak kollu neċessarju għal ġid komuni tan-nazzjon.
Fi stqarrija ġie sostnut li l-Kamra tal-Kummerċ se tkun qed taħdem id f’id għall-interess komuni tan-nazzjon u dak tal-linja tal-ajru nazzjonali fejn tħares ‘il quddiem hekk kif is-sħaba tal-inċertezza li kien hemm tul dawn l-aħħar snin, sa fl-aħħar telqet, dan għall-benefiċċju tan-negozji u ċ-ċittadini.