Ġie approvat b’90% il-ftehim kollettiv mal-bdoti tal-Air Malta; biex ġie konkluż proċess importanti għar-rotta li se taqbad l-Air Malta fil-futur qrib.
Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li jinsab kburi li issa l-Air Malta għandha qbil fuq ħames ftehimiet kollettivi, biex mix-xahar id-dieħel il-piloti se jtiru aktar sigħat u l-Air Malta tkun f’pożizzjoni li żżid mal-1,500 titjira ġdida.
Il-Ministru Mizzi qal li jinsab konvint li l-linja nazzjonali tal-ajru se tibda tagħmel qligħ li se jwassalha biex tkun il-linja tal-ajru tal-Mediterran.
Intant il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan il-qbil ifisser li issa nistgħu nimxu ‘l quddiem biex il-linja tal-ajru Air Malta ssir il-linja tal-ajru tal-Mediterran.
Now we move forward together to make @AirMalta the airline of the #Mediterranean -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) January 22, 2018