Tajlandiż jista’ jgħoddha b’waħda wara li spiċċa migdum fil-parti tiegħu minn piton waqt li kien fuq it-toilet, tant li għammillu ġerħa ta’ 8 ċentimetru wara li s-serp għaddha mis-sistema tal-pajpijiet.
Attaporn Boonmakchuay għamel madwar siegħa jipprova jaħrab minn ħalaq il-piton. Martu ħarġet barra tgħajjat għall-għajnuna b’wieħed mill-ġirien jidħol b’sikkina u ħabel. Ir-raġel ta’ 38 sena sarulu xi punti. Fuq is-sit kien hemm diversi ħaddiema li kellhom ikissru t-toilet biex joħorġu s-serp.
Sriep kbar huma komuni ħafna f’żoni urbaniċi fit-Tajlandja, b’mod partikolari f’staġuni meta tagħmel ħafna xita għax jfittixu postijiet niedja.