Il-kantant Malti Freddie Castelletti, lejn tmiem is-sena 2017 għadu kemm ħareġ Cd Album ġdid b’isem ta’ “Sa Fejn Naf Jien”. Cd li jżomm il-livell għoli bħat-tnejn l-oħra li kien ħareġ lura lejn is-sena 2003 li kienu jġib l-isem ta’ “Freddie Castelletti” u “Back Again” li kien ħareġ fl-2009.
Il-lirika u l-mużika hija tal-bravu Alfred C. Sant, u l-vuċi partikolari ta’ Freddie Castelletti b’dik il-kisra unika assoċjata miegħu hija eċċezzjonali. Dan ic-Cd Album b’kollox fih 11-il silta, ħamsa bil-Malti li huma ġodda mitkuba mill-pinna ta’ Alfred C. Sant, kanzunetti waħda isbaħ minn oħra b’melodija u vuċi ta’ Freddie Castelletti.
Freddie Castelletti twieled il-Belt Valletta fl-1 ta’ Frar, 1939 u beda jkanta f’Strada Rjali. Kien żmien meta minn fuq ir-radju, bħala tifel kien jisma lill-idolu tiegħu Claudio Villa, u kont tisimgħu jkanta mal-kanzuneti li kien jisma, darba kien semgħu Charles Lucas hu Oscar Lucas, u kien qal lil ommhu, biex tħallih jkanta mal-banda tiegħu. Ommhu b’xi mod aċċettat u minn hemm beda jkanta f’Pjazza Reġina u f’istess waqt kien ingħaqad wkoll mal-kumpanija teatrali Stage Commandos u kien jieħu sehem wkoll mal-radju Muskettieri.