Eluf kbar ta’ nies ħonqu l-kapitali l-bieraħ minn kmieni wara nofsinhar sabiex mis-19.00 ‘il quddiem attendew għal spettakli kbar fl-erba’ pjazez principali tal-kapitali Maltija.
Attivitajiet kbar li ġibdu l-attenzjoni anke tal-midja barranija fosthom Euronews u Rai. Dan kollu seħħ fl-ewwel jum biss ta’ ċelebrazzjonijiet.
Madanakollu, il-Belt Valletta sebħet nadifa tazza kif jgħid il-Malti, hekk kif malli spiċċa kunċert/ after party minn Tenishia u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta sar tindif estensiv fil-Belt Kapitali kollha mid-Direttorat tat-tindif.