Mijiet ta’ persuni kellhom jevakwaw il-park nazzjonali tal-Awstralja dan wara li nħakem minn nirien kbar.
Kien ir-Royal National Park f’Sydney li nħakem minn nirien, park li hu popolari ferm mat-turisti u li kellu jiġi evakwat.
Madwar mitejn persuna kellhom jiġu salvati minn membri mid-dipartiment tat-tifi tan-nar permezz ta’ dgħajes hekk kif spiċċaw maqbudin u ma setgħux jevakwaw iż-żona affettwata.