Raymond Grima, it-tapizzar li fis-sbatax ta’ Novembru tas-sena l-oħra ndarab gravi bi tliet tiri ta’ arma tan-nar f’żaqqu f’garaxx fĦ’Attard għadu qed jiġi rrikoverat l-isptar.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija kkonfermaw li Grima għadu ma lissinx kelma waħda dwar l-attentat ta’ qtil u qtil innoċenti ta’ Lino Grima. Dan minkejja li l-Pulizija qed timxi fuq it-teżi li Grima jaf sew lill-aggressur tiegħu.
Huwa għadu qed jiġi mgħasses mill-Pulizija erba’ u għoxrin siegħa kuljum fl-Isptar Mater Dei.