Transport Malta flimkien mal-Forum Marittimu Malti ffirmaw Memorandum of Understanding li se jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-industrija marittima u l-Gvern.
Il-Forum Marittimu Malti ġie mwaqqaf sentejn ilu u fi kliem ic-chairman tiegħu Dr Joe Borg fisser dan il-Forum bħala storja ta’ suċċess mill-fronti kollha tiegħu.
Suċċess li ġej minn bosta aspetti differenti tal-qasam fosthom il-kummerċ u reġistrazzjoni ta’ bastimenti li jtajjru l-bandiera Maltija.
Ic-chairman Dr. Joe Borg qal: “Malta tibqa attrajenti u tibqa’ tissaħħaħ f’dak li għandu x’jaqsam mar-reġistrazzjoni tal-vapuri jiġifieri tħares fejn tħares f’dak li għandu x’jaqsam mas-settur marittimu naħseb li hija industrija b’saħħitha ħafna”
Il-Ministru responsabbli mit-Trasport, Ian Borg laqa’ dan il-memorandum of understanding u spjega kif is-settur marittimu qed ikun ta’ kontribut għall-ekonomija Maltija fejn qal lil ONE News:
“Din hija industrjia importanti għall-ekonomija tagħna illi mhux biss il-gvern u allura l-poplu, qed jiġbor ħafna flus minnha pero qiegħda tħalli wkoll impiegi ta’ kwalità”