Il-viċi chairperson tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropew Fajon qalet li l-membru parlamentari Ewropew Ana Gomes ma titkellimx għall-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.
Hija kienet qed tirreaġixxi għall-kummenti li għaddiet Gomes dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u dwar is-sitwazzjoni f’Malta.
Hija qalet li riedet tagħmilha ċara li Gomes ma titkellimx f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti. Qalet li bħal f’kull qasam ieħor, se jkunu qegħdin jgħarblu l-allegazzjonijiet u l-akkużi li nġiebu quddiemhom.
Madankollu sostniet li d-deċiżjonijiet tagħhom jieħduhom skont bażi ta’ evidenza ċara li trid titressaq quddiemhom.