Meta llejla kompla jiltaqa’ l-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi b’rabta mal-ftehim skandaluż li sar fuq l-art ta’ Spinola fi żmien li Jason Azzopardi kien responsabbli mill-artijiet, id-deputat Nazzjonalista nqabad jgħid affarijiet mhux veritiri.
Dan wara li dawn l-affarijiet, Jason Azzopardi qalhom f’dikjarazzjoni ġuramentata.Jason Azzopardi li kien direttament responsabbli mill-ftehim li sar fl-art ta’ Spinola, u li minnha l-poplu daħħal biss ħamsa u tletin ewro kien saħaq li huwa qatt ma kellu email privat tiegħu.
Aktar minn hekkk kien qal li huwa dejjem uża l-email tal-Gvern.
Madankollu waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-lejla sar magħruf li huwa kellu minn tal-inqas email ieħor privat.
Iffaċċjat b’dan, Jason Azzopardi deher skomdu ħafna u fost tlaqliq wieġeb hekk.