Id-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur), skont Artikolu 8 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378), qiegħda toħroġ dan l-avviż pubbliku li bih qed tidentifika u tgħarraf lill-pubbliku li:
Is-Sur Dario Azzopardi (3Group) li ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal Talbiet ta’ Konsumaturi.
Wara li semgħet riklam fuq ir-radju jirriklama installazzjoni tal-programm Microsoft 10 bla ħlas, il-konsumatriċi effettivament ħallset lill-bejjiegħ €60 għall-installazzjoni ta’ dan il-programm. Dan il-ħlas kien jinkludi żjarat fid-dar tal-konsumatriċi mit-tekniku. Il-konsumatriċi ma kinitx mgħarrfa b’dan il-ħlas żejjed. Barra minn hekk, il-konsumatriċi qatt ma rnexxielha tuża l-programm installat għaliex kull meta provat tidħol fih is-sistema kienet titlobha product key li l-bejjiegħ ma kienx ipprovdiha meta saret l-installazzjoni.
Il-bejjiegħ qatt ma ssottometta risposta u lanqas attenda għas-seduti tat-Tribunal , minkejja li l-istess Tribunal iddikjara li kien debitament notifikat.
It-Tribunal ordna lill-bejjiegħ iħallas lura s-somma ta’ €60 lill-konsumatrici.