Marius Camilleri ta’ 57 sena inagħta l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta għaxar t’elef ewro u kien pprojbit milli jsuq vettura oħra.
Camilleri qed jiġi akkużat b’sewqan perikoluż wara li nxterdu diversi filmati tiegħu jsuq it-trakk b’manjiera perikoluża fit-triq. Mal-arrest tiegħu fi Triq Manoel dimech f’Ħal Qormi ġie stabbilit li it-trakk kien qed jinstaq b’liċenzja ta’ mutur.
Biex ħa d-deċiżjoni tiegħu l-maġistrat Grazio Vella qal li “irrid nassigura ruħi li l-imputat ma jaqbadx karozza u jsuqha mingħajr liċenzja. Irrid inżomm bilanċ bejn il-libertà tiegħu u dik ta’ persuna oħra li toqgħod fit-triq biex kemm jista’ jkun ikun sigur.” Kien għalekk li inagħta l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ għaxar t’elef ewro u numru ta’ kundizzjonijiet oħra.