Nathalie Williams, il-mara li nstabet ġewwa l-għar taħt Forti Ricasoli mhux se tkun qed tixhed fil-każ kontra żewġha hekk kif il-Psikjatra mqabbad mill-Qorti ddikjara li l-mara m’hix fi stat ta’ saħħa tajba li tagħmel dan.
Williams, ta’ 46 sena kienet ġiet irrapurtata nieqsa f’Ottubru li għadda. Wara numru ta’ ġranet hija kienet instabet mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit ġewwa għar mal-baħar mingħajr sors ta’ ikel u xorb.
Din kienet tniżżlet hemm isfel minn żewġa, Roddy Williams wara argument domestiku. Huwa qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ martu, li abbuża sesswalment minn martu u li żammha kontra r-rieda tagħha. Williams ġie akkużat ukoll b’pussess tad-droga Eroina u li kkaġuna ġrieħi fuq martu u fuq Pulizija.