Fuq parir tal-Avukat Ġenerali, l-Gvern ta’ Malta aċċetta n-nomina ta’ John rizzo fil-Kumitat ta’ Kontra l-Korruzzjoni madankollu in-nomina ta’ Janice Chetcuti bħala rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista fil-bord tal-Awtorita tar-riżorsi ġiet rifjutata minħabba li Chetcuti hija membru eletta f’Kunsill Lokali taħt il-Partit Nazzjonalista.
Minkejja li l-liġi ta’ din l-Awtorità tistipula li ma jistax ikollok membri eletti f’isem il-Partiti bħala rappreżentanti fil-kumitat, Delia webbes rasu u xorta waħda għażel persuna li qed tirrapreżenta lill-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill ta’ Marsaxlokk.
Dwar John rizzo l-Avukat Ġenerali qal li persuna li kienet uffiċjal pubbliku tista’ sservi fuq il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
Huwa għalhekk, il-Prim Ministru se jkun qed jagħti parir lill-President ta’ Malta għall-ħatra tal-istess Rizzo f’din il-Kummissjoni madankollu l-Gvern se jkun qed jitlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jirregola ruħu dwar in-nomina ta’ Chetcuti.