Is-sena li għaddiet qasmu l-fliegu kwart ta’ miljun passiġġier aktar mis-sena ta’ qabel.
In-numru ta’ vjaġġi, u l-karozzi li għamlu użu mill-vapuri tal-Gozo Channel, ukoll żdiedu.Fl-2017 kien hemm 125 vjaġġ iżjed mill-2016, filwaqt li għaddew 84,000 karozza iżjed.
ŻIDIET FUQ L-2016 | |
PASSIĠĠIERI | +250,840 |
VJAĠĠI | +125 |
KAROZZI | +84,908 |
Fi statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li ta ħarsa lejn it-traġitti bejn Malta u Għawdex matul l-elfejn u sbatax, ħareġ kif bħal snin preċedenti, Awissu kien ix-xahar li ra l-akbar numru ta’ vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer.
Filfatt, f’Awwissu biss, saru 2,158 vjaġġ – kważi għaxra fil-mija tat-total ta’ vjaġġi li saru matul is-sena sħiħa.
It-traffiku miċ-Ċirkewwa fl-2017 kien l-aktar bieżel fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt, filwaqt li l-aktar ġranet beżlin għall-port tal-Imġarr kienu rreġistrati fis-Sibtijiet u fil-Ħdud.