Minn tal-inqas ħamsa u tletin persuna inqatlu f’żewġ bombi suwiċida fil-kapitali tal-Iraq. Dan kien it-tieni attack f’Baghdad fi żmien tlett ijiem. Għexieren oħra sfaw feruti fl-attakk li seħħ fi Pjazza Tayaran fiċ-ċentru tal-belt.
Il-post fejn seħħ l-attakk fil-jum tat-Tnejn huwa pjazza bieżla fejn ħafna ħaddiema tal-kostruzzjoni jinpabru biex ifittxu x-xogħol. Il-Ministeru tal-Iraq tal-Intern qal li n-numru ta’ nies mejta mistenni jikber hekk kif qed jirkupraw iktar katavri.