Raġel ta’ 77 sena, residenti r-Rabat weġġa gravi wara li tilef il-kontrol taż-żiemel tiegħu u nqeleb għal fuq ħajt. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ir-Rabat, Ħad Dingli.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post flimkien ma ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.