ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Trasformazzjoni sħiħa tal-industrija tal-films li, f’ħames snin, iġġenerat €1 biljun fl-ekonomija Maltija

      14 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-Partit Laburista jirrispetta d-demokrazija u r-rieda tal-Kunsilliera ta’ Ħal Għargħur

      14 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-maġġoranza tal-kunsillieri f’Ħal Għargħur jisfiduċjaw lis-Sindku tal-PN li ma taċċettax vot demokratiku

      14 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Peter Agius jivvota kontra li jiżdied il-baġit għall-interpreti Maltin, anke jekk spiss…

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa għas-sitt xhur li ġejjin 

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tibqa’ fil-quċċata fl-Ewropa għad-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+ grazzi għal politika Laburista favur…

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Jgħaddu l-ewwel 10 finalisti għall-Eurovision Song Contest

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Mil-lum tibda l-Presidenza Maltija tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa

      14 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Il-plejers ta’ Ħamrun Spartans illejla bi flokk ġdid għal kawża ġusta

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Aldrin Cassar jirriżenja minn president ta’ Athletics Malta

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Amateur tal-Basketball

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Boċċi: Msida jagħtu l-ewwel telfa lil Żebbuġ fl-1 Diviżjoni

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Trasformazzjoni sħiħa tal-industrija tal-films li, f’ħames snin, iġġenerat €1 biljun fl-ekonomija Maltija

      14 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-Partit Laburista jirrispetta d-demokrazija u r-rieda tal-Kunsilliera ta’ Ħal Għargħur

      14 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-maġġoranza tal-kunsillieri f’Ħal Għargħur jisfiduċjaw lis-Sindku tal-PN li ma taċċettax vot demokratiku

      14 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Peter Agius jivvota kontra li jiżdied il-baġit għall-interpreti Maltin, anke jekk spiss…

      14 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ”L-Omm li tatna isimha” – Monument ġdid ix-Xatt tal-Kalkara

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Trasformazzjoni sħiħa tal-industrija tal-films li, f’ħames snin, iġġenerat €1 biljun fl-ekonomija Maltija

      14 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-Partit Laburista jirrispetta d-demokrazija u r-rieda tal-Kunsilliera ta’ Ħal Għargħur

      14 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Il-maġġoranza tal-kunsillieri f’Ħal Għargħur jisfiduċjaw lis-Sindku tal-PN li ma taċċettax vot demokratiku

      14 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Peter Agius jivvota kontra li jiżdied il-baġit għall-interpreti Maltin, anke jekk spiss…

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tieħu f’idejha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa għas-sitt xhur li ġejjin 

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tibqa’ fil-quċċata fl-Ewropa għad-drittijiet tal-komunità LGBTIQ+ grazzi għal politika Laburista favur…

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Jgħaddu l-ewwel 10 finalisti għall-Eurovision Song Contest

      14 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Mil-lum tibda l-Presidenza Maltija tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa

      14 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Il-plejers ta’ Ħamrun Spartans illejla bi flokk ġdid għal kawża ġusta

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Aldrin Cassar jirriżenja minn president ta’ Athletics Malta

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV Amateur tal-Basketball

      14 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Boċċi: Msida jagħtu l-ewwel telfa lil Żebbuġ fl-1 Diviżjoni

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Trasformazzjoni sħiħa tal-industrija tal-films li, f’ħames snin, iġġenerat €1 biljun fl-ekonomija Maltija

      14 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-Partit Laburista jirrispetta d-demokrazija u r-rieda tal-Kunsilliera ta’ Ħal Għargħur

      14 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Il-maġġoranza tal-kunsillieri f’Ħal Għargħur jisfiduċjaw lis-Sindku tal-PN li ma taċċettax vot demokratiku

      14 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Peter Agius jivvota kontra li jiżdied il-baġit għall-interpreti Maltin, anke jekk spiss…

      14 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ”L-Omm li tatna isimha” – Monument ġdid ix-Xatt tal-Kalkara

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

VALLETTA …IL-BELT LI TIRRAKKONTA ĠRAJJIETHA

minn ONE News 14 ta' Jannar 2018
minn ONE News 14 ta' Jannar 2018

Il-Belt Valletta, magħrufa min-nies tal-gżejjer Maltin bħala “Il-Belt” hi l-belt kapitali ta’ Malta. Il-Belt għandha popolazzjoni ta’ ’l fuq minn 6,000 ruħ u qiegħda fil-parti tal-Lvant ċentrali tal-gżira ta’ Malta.

Għalkemm il-Belt Valletta għandha karattru barokk insibu fiha wkoll elementi ta’ Manneriżmu, Neoklassiku u f’xi partijiet anke xejra ta’ arkitettura moderna. Il-Belt Valletta sofriet ħafna mill-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija u minkejja li dan iż-żmien ikrah fl-istorja tad-dinja ħalla ferita kbira fil-Belt, qatt ma tilfet il-karattru Barokk tagħha. Fl-1980 il-Belt Valletta ġiet kollha kemm hi rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ Patrimonju tal-Umanità. L-isem uffiċjali li l-Ordni ta’ San Ġwann ta lill-Belt kien Humilissima Civitas Valletta – “Il-Belt L-Aktar Umli ta’ Valletta”. Madanakollu, bil-bini ta’ swar u ta’ fortifikazzjonijiet, u flimkien mas-sbuħija tal-bini Barokk fit-toroq tagħha, din saret magħrufa iktar fost is-sovrani tal-Ewropa bħala Superbissima – “L-Aktar Kburija”.

L-ewwel ġebla tal-Belt Valletta tpoġġiet fit-28 ta’ Marzu 1566, mill-Gran Mastru tal-Ordni ta’ San Ġwann, Jean Parisot de la Valette. L-Ordni (li kienet ilha għal ħafna żmien tmexxi lill-gżejjer Maltin) ftit wara t-tmiem tal-Assedju l-Kbir tal-1565, iddeċidiet li tibni l-belt il-ġdida fil-peniżola ta’ Xiberras biex b’hekk ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ordni f’Malta. Effettivament dan assigura l-permanenza tal-Kavallieri fuq il-gżira. L-arkitett li ddisinja l-pjanta tal-Belt kien Francesco Laparelli li ntbagħat Malta u tħallas mill-Papa Dumnikan, Piju V. Meta Laparelli ħalla l-Belt, xogħlu komplieh l-assistent tiegħu, il-Malti Ġlormu Cassar li pproġetta wkoll il-Konkatidral ta’ San Ġwann u parti mill-fortifikazzjonijiet. Fit-28 ta’ Marzu 1566, ġie varat il-bini tal-Belt il-ġdida, b’La Valette stess ipoġġi l-ewwel ġebla, fil-post fejn illum hemm il-knisja tal-Vitorja. Il-pjanta tal-belt kienet kemxejn ġdida għall-gżejjer Maltin, hekk kif waqt li l-bliet u l-irħula l-oħra Maltin kellhom toroq irregolari u sqaqien, il-belt il-ġdida kellha biss disinn rettangulari taħt forma ta’ gradilja, mingħajr ebda Collacchio, li kienet żona ristretta biss għal bini importanti. It-toroq kienu wiesgħa u dritti, b’dik tan-nofs li tibda minn Bieb il-Belt (Putirjal) u tispiċċa fil-Forti Sant’Iermu fuq in-naħa t’isfel tal-Belt. Sfortunatament, La Valette qatt ma ra din l-belt kompluta, għax miet fl-età ta’ 74 sena, fil-21 ta’ Awwissu 1568. Għalkemm kien ġie midfun fil-knisja tal-Vitorja, wara li nbena l-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-fdalijiet tiegħu tpoġġew fil-kripta l-ġdida t’hemmhekk. Is-sarkofagu tiegħu hu mdawwar b’dawk ta’ diversi Gran Mastri oħra. Wara l-Kavallieri u perjodu qasir ħafna taħt il-Franċiżi, il-wasla tal-Ingliżi rat għal darb’oħra lill-Belt Valletta tiffjorixxi bil-bini. Ħafna bini ġie mwaqqa’ u mibni għal darb’oħra, id-djar ġew imkabbrin u ġew installati proġetti ċiviċi. Madanakollu, kif aċċennajt qabel, il-Belt kollha u l-infrastruttura tagħha sofrew ħsarat kbar kawża tal-bombi li ntefgħu matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn fost oħrajn iġġarraf it-Teatru Rjal li nbena fid-daħla tal-Belt fis-seklu 19. Illum il-ġurnata, il-Belt Valletta tilqa’ fiha għadd ta’ dipartimenti u ministeri governattivi, kif ukoll eluf ta’ ħaddiema minħabba l-konċentrazzjoni ta’ uffiċini u ħwienet li hemm. Il-peniżola tal-Belt hi mdawra minn żewġ portijiet naturali, dawk ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir li hu l-iktar port importanti ta’ Malta, bil-baċiri fil-Marsa li jservu biex tinħatt il-merkanzija. Il-Belt għandha wkoll diversi binjiet ta’ importanza storika, li fosthom żgur li jisboq kull binja oħra l-Konkatidral ta’ San Ġwann, magħruf qabel bħala l-Knisja Konventwali tal-Kavallieri ta’ Malta u l-vetrina tal-ikbar xogħol waħdieni ta’ Michelangelo Merisi da Caravaggio, l-uniku xogħol iffirmat tiegħu. L-istess katidral jikkonserva wkoll kollezzjoni imprezzabli ta’ arazzi tas-seklu sbatax.

Bini prominenti ieħor huwa dak tal-Berġa ta’ Kastilja, li qabel kienet issevi bħala d-dar tal-Kavallieri ta’ Malta li kienu provenjenti mill-komunità awtonoma ta’ Kastilja u León u fejn illum insibu l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ Malta. Il-Palazz Maġisterjali, mibni bejn l-1571 u l-1574, li qabel kienet ir-residenza tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ Malta, illum jospita l-uffiċini tal-President ta’ Malta. Berġa oħra, magħrufa qabel bħala l-Berġa ta’ Provenza, hija dik fil-bidu ta’ Triq ir-Repubblika li llum tospita l-Mużew Nazzjonali tal-Arti. Palazz fuq stil rokokò li jmur lura għas-snin 1570, li serva bħala residenza uffiċjali tal-Kmandant tal-Flotta Mediterranja matul l-era Brittanika, mill-1789 ’il quddiem. It-Teatru Manoel, li kien inbena f’10 xhur biss fl-1731, b’ordni mill-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena, u wieħed mill-eqdem teatri fl-Ewropa. Ma nistgħux ma nelenkawx bini storiku fil-Belt u ma nsemmux is-Sacra Infermeria, magħrufa llum bħala Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, mibnija fl-1574. Dan kien wieħed mill-aktar sptarijiet rinomati fl-Ewropa matul iż-żmien tal-Kavallieri ta’ Malta ftit passi ’l bogħod mill-fortifikazzjonijiet tal-Belt u l-Furjana, mibnija mill-Kavallieri bħala serje ta’ bastjuni u ravellini, b’għoli ta’ madwar 100 metru, iddisinjati biex jiddefenduha mill-attakki tal-għadu. Fid-disinn tal-Belt Valletta, ġiet żviluppata wkoll żona fejn in-nies li ma jistgħux iħallsu għal residenza tagħhom isibu fejn joqgħodu fil-ħitan tal-Belt. Fil-pjanijiet oriġinali, l-Ordni riedet qala magħmula mill-bnedmin biex tospita lill-qawwa navali, madanakollu, din ma tkomplietx, u b’hekk din iż-żona saret magħrufa bħala “Il-Mandraġġ”. Din ġiet f’idejn nies mingħajr saqaf u spiċċat b’diversi bini b’passaġġi mudlama u b’kundizzjonijiet sanitarji ħżiena. Il-Mandraġġ kien ġie mwaqqa’ parzjalment fis-snin 50 fi żmien il-Gvern Laburista ta’ Dom Mintoff, biex tinbena żona għad-djar fil-Belt Valleta. Din il-parti f’ċerta aspetti xorta baqgħet mhux rispettabbli għalkollox, minkejja li hi aħjar milli kif kienet qabel. Il-popolazzjoni tal-Belt Valletta naqset drastikament matul l-aħħar snin, u llum il-ġurnata l-kwota naqset għal madwar terz mill-perjodu bl-aktar popolazzjoni. Dan il-proċess aċċelera aktar wara t-Tieni Gwerra Dinjija hekk kif żvilupp ġdid fis-subborgi ra lill-popolazzjoni timxi ’l barra mill-belt kapitali, però l-Belt xorta baqgħet u għadha bħala ċ-ċentru amministrattiv u kummerċjali ta’ Malta.

Il-viżjoni ta’ La Valette

Meta ddisinjaw il-belt il-ġdida, għall-bidu din kienet maħsuba biex issaħħaħ l-infrastruttura ta’ difiża militari tal-Ordni wara r-rebħa mdemmija fuq l-attakki tal-Ottomani matul l-Assedju tal-1565. Iżda mbagħad il-viżjoni ta’ La Valette marret lil hinn minn sempliċiment fortifikazzjoni. Huwa xtaq belt li tkun ċentru Ewropew mill-aqwa ta’ kultura u kummerċ u, għalkemm huwa miet ftit qabel it-tlestija tagħha, il-Belt Valletta għaddiet biex isservi bħala l-belt kapitali sal-lum il-ġurnata, ħafna wara t-tluq tal-Kavallieri fl-1798, meta Napuljun ħataf il-gżira taħt idejh. Il-kompitu inizjali ta’ Laparelli, assistent ta’ Michaelangelo, li ntbagħat mill-Papa Piju V, kien li jistħarreġ u jħejji rapport dwar l-istat tal-fortifikazzjonijiet attwali tal-gżira wara l-Assedju. Ir-rapport tiegħu kien jinkludi rakkomandazzjoni li, minflok jerġgħu jinbnew il-fortifikazzjonijiet eżistenti f’partijiet oħrajn tal-gżira, kien ikun ferm aktar ekonomiku u prattiku li tinbena belt iffortifikata ġdida fuq il-peniżola Xiberras. Bil-għan li jassiguraw il-finanzjament għal din il-biċċa xogħol enormi, il-Kavallieri għamlu talba lill-qrati Ewropej għal finanzjament. Wara d-difiża erojka u mfaħħra tal-gżejjer, il-finanzjament seta’ jinkiseb faċilment. Għall-bqija tal-Ewropa Kristjana, Malta ffortifikata kif suppost kienet tabilħaqq tfisser ilqugħ ieħor ta’ difiża li jsaħħaħ u jħares lill-Punent mill-Ottomani. Id-disinn ta’ Laparelli kien jirrappreżenta tluq sinifikanti mill-istruttura tradizzjonali ta’ belt medjevali. L-għażla tiegħu waqgħet fuq disinn ibbażat fuq gradilja. Is-sistema ta’ gradilja pprovdiet ventilazzjoni ġeneruża u żiffa tal-baħar sabiħa lill-Belt, li jagħmlu l-ħajja aktar tollerabbli għall-abitanti. Il-Belt kellha wkoll ċerti karatteristiċi interessanti, inklużi turġien usa’ sabiex jakkomodaw lill-Kavallieri u l-korazzi kbar tagħhom. Ġlormu Cassar imbagħad qabad id-disinn ta’ Laparelli, li kien jinkludi l-fortifikazzjonijiet esterni u s-sistema ta’ gradilja li fuqha kienet ser tkun ibbażata l-Belt, u kompla bil-kostruzzjoni tal-Belt, billi kkonċentra fuq il-binjiet. Wara żjara qasira fl-Italja, Cassar bena għadd ta’ binjiet notevoli, inklużi Bereġ għal kull waħda mil-Lingwi tal-Ordni. Simili ħafna għall-ambaxxati, il-Bereġ issemmew wara l-Lingwi jew in-nazzjonalitajiet differenti li jsawru l-Ordni u servew bħala dar ’il bogħod mid-dar. Fl-1798, il-Belt inħatfet mill-forzi Franċiżi. Il-ħakma qasira tagħhom xejn ma kienet popolari mal-Maltin, li eventwalment kienu lesti jgħinu lill-Ingliżi biex jeħilsu darba għal dejjem mill-Franċiżi. L-Assedju ta’ Malta kien perjodu ta’ sentejn mill-1798 meta t-truppi Franċiżi ġew imġiegħla jirtiraw fil-Belt Valletta wara rewwixta mill-popolazzjoni lokali. L-Ingliżi kienu qegħdin jagħmlu imblokk navali effettiv ħafna li kien qiegħed iċaħħad lill-Franċiżi mill-provvisti vitali. Sal-1800, minħabba n-nuqqas ta’ ikel u ilma, kif ukoll minħabba t-tifqigħat ta’ mard, il-Franċiżi abbandunaw il-Belt, sabiex b’hekk wittew it-triq għall-ħakma ta’ 164 sena ta’ Malta mill-Ingliżi. Matul il-perjodu tal-ħakma Ingliża, il-Belt Valletta għaddiet minn aktar bidliet. Dawn kienu jinkludu t-twessigħ tat-toroq u tal-bibien tal-belt, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ ċerti binjiet notevoli, inklużi l-bini tal-Kamra tal-Kummerċ u t-Teatru Rjal (Royal Opera House), it-tnejn fi Triq ir-Repubblika. Dan tal-aħħar, riċentament ġie rrestawrat u mibni mill-ġdid mill-arkitett famuż Taljan Renzo Piano biex iservi ta’ teatru miftuħ. Wara l-eqqel bombardamenti fl-Ewropa, immedjatament wara l-gwerra beda perjodu ta’ rikostruzzjoni mingħajr dewmien sabiex terġa’ tingħata sura dinjituża lil din il-belt grandjuża. Il-Belt Valletta żgur li tiġġustifika d-deskrizzjoni minn Benjamin Disraeli, Prim Ministru tar-Renju Unit, meta ddeskrivieha bħala “belt ta’ palazzi mibnija mill-ġentlomi għall-ġentlomi”.

Belt eleganti b’numru ta’ knejjes

Din il-belt eleganti tiftaħar b’numru ta’ knejjes sbieħ, li kollha minbarra tnejn huma Kattoliċi. L-eċċezzjonijiet huma l-knisja msejħa St Andrews Scots, li hija knisja interdenominazzjonali li tipprovdi servizzi għall-Kristjani b’mod ġenerali u l-Katidral Anglikan ta’ San Pawl. L-aktar knisja famuża tal-Belt Valletta u possibbilment ta’ Malta hija l-Konkatidral ta’ San Ġwann, li jinsab fil-qalba tal-belt. Huwa nbena mill-arkitett Ġlormu Cassar għall-Kavallieri ta’ San Ġwann bejn l-1573 u l-1578. Il-katidral huwa magħruf għad-dekor affaxxinanti tiegħu minn ġewwa, tipiku tal-perjodu Barokk tard. Il-knisja hija ddekorata b’mod splendidu b’pitturi, skulturi u tapizzeriji ta’ artisti famużi fosthom Caravaggio u Mattia Preti. Il-knisja għandha tmien kappelli ddedikati lil-lingwi differenti tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi tinsab fil-bidu ta’ Triq ir-Repubblika u hija binja storika, li tmur lura għas-seklu 16. Din il-knisja tospita xogħlijiet artistiċi importanti, inklużi statwi, affreski u pitturi. Il-Knisja ta’ Santu Wistin, li tinsab fi Triq il-Fran, oriġinarjament inbniet ukoll minn Ġlormu Cassar. Madankollu, il-knisja reġgħet inbniet fl-1765 minn Giuseppe Bonnici. Il-knisja hija mibnija fil-forma ta’ salib Grieg u għandha stil Barokk. Knejjes oħrajn fil-Belt jinkludu dawk tal-Bażilika tal-Madonna tal-Porto Salvo u San Duminku; il-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu; Santa Katarina tal-Italja; Santa Barbara; il-Knisja ta’ Ġesù Redentur; il-Madonna ta’ Damasku; Santa Katarin; in-Nawfraġju ta’ San Pawl; Santu Rokku; Santa Luċija; Santa Marija ta’ Ġesù (il-Knisja ta’ Ġieżu); iċ-Ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù (il-Knisja tal-Ġiżwiti); il-Knisja tal-Verġni Mqaddsa; Sant’Ursula; San Nikola (tal-Erwieħ); il-Knisja tal-Madonna ta’ Liesse; il-Knisja tal-Ħarba tal-Familja Mqaddsa lejn l-Eġittu u l-Madonna ta’ Pilar. Il-Belt Valletta hija belt glorjuża u impressjonanti b’arkitettura rikka. F’kull rokna tagħha, dawk kollha li jżuruha jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ ma’ kapulavuri u ġojjelli tal-arkitettura; iżda b’mod partikolari huma l-palazzi li jgawdu pożizzjoni prominenti f’din il-belt maestuża. Il-Berġa tal-Italja hija eżempju eċċellenti ieħor ta’ berġa oħra li ġiet iddisinjata minn Ġlormu Cassar. Dan il-bini għandu stemma araldika impressjonanti tal-ġebel fuq il-faċċata tiegħu. Casa Rocca Piccola hija wkoll binja unika oħra. Għalkemm hija proprjetà privata u fiha għadhom jgħixu n-nies, tkun miftuħa għall-pubbliku f’ħinijiet speċifiċi matul il-ġurnata. Il-palazz jinkludi aktar minn 12-il kamra mżejna b’mod lussuż, ġonna mdawrin bil-ħitan u netwerk taħt l-art ta’ passaġġi u xelters li kienu jintużaw fi żmien il-gwerra. Palazzi oħrajn li ċertament ta’ min iżurhom jinkludu l-Berġa ta’ Aragona, il-Berġa tal-Baviera, Palazzo Ferreria u Palazzo Castellania.

Belt grandjuża, ġonna grandjużi

Kull belt grandjuża għandu jkollha ġonna grandjużi. Il-Belt Valletta mhijiex eċċezzjoni. Dak li jiddistingwi dawn il-ġonna minn ġonna oħrajn huwa l-fatt li kull wieħed mill-ġonna prinċipali għandu veduti spettakolari. Kemm il-veduti spettakolari tal-Port il-Kbir mill-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq, kif ukoll il-veduti tal-baħar miftuħ mill-ġonna tal-Barrakka t’Isfel, huma postijiet trankwilli li jagħtu ċans lit-turisti u l-Maltin jaħarbu mill-istorbju u l-ħajja mgħaġġla fil-qalba tal-Belt. Dawn huma l-aktar ġonna famużi tal-Belt Valletta, u bir-raġun. Il-ġonna għandhom fost l-aktar veduti panoramiċi tal-Port il-Kbir. Il-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq li jinsabu fuq il-quċċata tas-sur ta’ San Pietru u San Pawl, jilqgħu fihom ukoll xogħlijiet artistiċi notevoli, inkluża skultura intitolata Les Gavroches, li nħadmet mill-iskultur Malti ta’ fama Antonio Sciortino.

Il-ġonna tal-Barrakka t’Isfel huma inqas popolari mill-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq. Dawn il-ġonna, li jinsabu fuq in-naħa tal-Lvant tal-Belt, għandhom monument neo-Klassiku li huwa ddedikat lil Sir Alexander Ball, l-ewwel u l-aktar maħbub minn fost il-Gvernaturi Ingliżi.

Il-Ġnien ta’ Hastings huwa ġnien trankwill li nbena ad unur Lord Hastings, li kien it-tieni Gvernatur ta’ Malta. Huwa ġie ddisinjat fuq stil neo-Klassiku u jinkludi monument iddedikat lil Lord Hastings innifsu. Il-ġonna huma magħrufa għall-veduti maestużi tal-port ta’ Marsamxett. Minn dan il-ġnien jidhru wkoll il-marina tal-jottijiet fl-Imsida u l-Gżira tal-Isqof (magħrufa aħjar bħala Manoel Island).

Fit-13 ta’ Ottubru 2012, tħabbar li l-Belt Valletta ntgħażlet bħala l-Belt Ewropea tal-Kultura għall-2018. Dan it-titolu prestiġjuż jirrifletti l-wirt kulturali inkredibbilment rikk ta’ dan il-kapolavur tal-era Barokka. Din il-belt iffortifikata, hija mimlija b’eżempji arkitettoniċi u artistiċi ta’ passat iċċelebrat. Iżda dan l-unur mogħti lill-Belt Valletta huwa aktar minn rikonoxximent tal-imgħoddi ppriservat tajjeb tagħha. Il-Belt Valletta hija belt ħajja mimlija enerġija. Kultura mfawra b’negozji, installazzjonijiet u wirjiet tal-arti, pjazez miftuħa u suq popolari li kollha jikkontribwixxu biex jagħmlu l-Belt Valletta ferm aktar minn mużew ħaj. Il-Belt qiegħda tinbidel kontinwament u dan jista’ jidher b’mod ċar mit-tisbiħ tal-entratura tal-Belt Valletta. Dan il-proġett monumentali jgħaqqad bieb il-Belt u l-madwar mal-Parlament ġdid u modern.

Grazzi għall-ħidma tal-Fondazzjoni Valletta 2018, pajjiżna sawwar viżjoni ambizzjuża għall-Belt Valletta mhux biss għal matul din is-sena ċelebrattiva imma wkoll permezz ta’ legat li jibqa’ jitgawda wara li tintemm.

  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Trasformazzjoni sħiħa tal-industrija tal-films li, f’ħames snin, iġġenerat €1 biljun fl-ekonomija Maltija

    14 ta' Mejju 2025
  • Il-Partit Laburista jirrispetta d-demokrazija u r-rieda tal-Kunsilliera ta’ Ħal Għargħur

    14 ta' Mejju 2025
  • Il-maġġoranza tal-kunsillieri f’Ħal Għargħur jisfiduċjaw lis-Sindku tal-PN li ma taċċettax vot demokratiku

    14 ta' Mejju 2025
  • Peter Agius jivvota kontra li jiżdied il-baġit għall-interpreti Maltin, anke jekk spiss jilmenta dwar in-nuqqas 

    14 ta' Mejju 2025
  • Minn Ġunju terġa’ tibda topera l-klinika tal-IVF fl-Isptar Mater Dei, fost żviluppi oħrajn importanti fis-saħħa 

    14 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept