Nhar it-tnax ta’ Awwissu, kmieni filgħodu incident tat-traffiku li ħalla żewġ persuni mejta u ħamsa oħra midruba gravi. L-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar serji li ma kienx għall-intervent f’waqtu minn żewġ membri tal-ekwipaġġ li kien hemm fuq ambulanza li kienet involuta f’ħabta frontali ma’ karozza li tilfet il-kontroll u spiċċat fil-karreġġata opposta.
Minkejja li t-tnejn indarbu fl-inċident, b’waħda minnhom gravi, Rita Fenech u Ignazio Pullara, żewġ volontiera tas-Salib l-Aħmar baqgħu jassistu lill-vittmi kollha sakemm huma stess ittieħdu għall-kura l-isptar.
Fenech qalet li huma kienu xogħol fuq l-ambulanza waqt li seħħ l-inċident. Minkejja din l-eventawlità hija xi ħaġa li huma trenjati għaliha, qatt ma tistenna li ħa jkun hemm inċident fejn l-ambulanza li tkun fuqha se tkun direttament involuta f’inċident bil-passiġġieri jew bin-nies li kien hemm fiha.
Rita fenech kompliet tgħid li t-taħriġ li kellhom kien kritiku f’mumenti bħal dawk fejn ftit minuti jistgħu ifissru ħajja jew mewt.
Dr Jonathan Joslin, wieħed mit-tobba tabib li kienu fuq il-post tal-inċident qal li permezz tal-azzjoni tagħhom ġiet salvata l-ħajja ta’ mill-anqas żewġ persuni oħra. Kien għalhekk li d-Dipartiment tal-Emerġenza rrikonoxxa lil dawn iż-żewġ volontiera għall-att ta’ qlubija li wrew.
Waqt li ppreżenta ċ-ċertifikati ta’ rikonoxximent, Dr Joslin spjega li bil-ġrieħi li ġarrbu, il-voluntiera tas-Salib l-Aħmar setgħu baqgħu bilqiegħda jistennew l-għajnuna. Madankollu huma għażlu li jmorru jgħinu lill-vittmi l-oħra tal-inċident.