Dawk li se jsiru x-xahar id-dieħel huma l-aħħar eżamijiet ta’ nofs is-sena li se jsiru fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat.
Dan hekk kif minflok, mis-sena skolastika li jmiss, se jibda jsir assessjar kontinwu u formattiv matul is-sena kollha.Deċiżjoni li ttieħdet wara konsultazzjoni wiesa’ li l-Ministru tal-Edukazzjoni kellu ma’ rappreżentanti tad-diversi msieħba – fosthom edukaturi, studenti u ġenituri.
Kienu diversi r-reazzjonijiet dwar din l-aħbar – min hu pożittiv u min hu xettiku. Fil-filmat, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo spjega l-bidliet li se jsiru.