Tkellimna ma’ Dr. Kenneth Spiteri dentist li qalilna li aħjar jekk għandek tiekol il-ħelu tieklu f’kolp wieħed, milli toqgħod tnaqqar ftit ftit minnu.
Spiteri spjega kif kull darba li tieħu z-zokkor dan isir aċtu. Dan japplika wkoll għas-soft drinks. L-aċtu jattakka s-snien u jibda jiekol il-kalcjum tagħhom.
Il-ħalq minnu nnifsu joħloq bżieq bħala protezzjoni biex jeħles mill-aċtu u jipproteġi s-snien. Il-ħalq idum siegħa biex jinnewtralizza l-aċtu. Issa jekk kull siegħa terġa’ ttieh xi ħaġa aċiduza, tibqa’ titlef mill-kalċjum tas-snien u ma tkunx qed ittieh ċans jirkupra.
L-argument kollu hu mhux kemm tieħu, imma f’kemm ħin.
L-agħar fuq kollox, huwa li tieħu l-aċtu qabel torqod u ma taħsilx snienek għax dak ifisser li l-aċtu għandu 8 siegħat jiekol mill-kalċjum tas-snien.