Ħafna jaħsbu li r-Reġina tieħu gost waqt li tkun għaddejja fil-karozzella kollha deheb. Imma hi mhix tal-istess fehema.
Ir-Regina tiddeskrivi l-vjaġġ tagħha mill-Palazz ta’ Buckingham għal Westminster Abbey għall-koronazzjoni tagħha fl-1953, bħala wieħed “orribbli”.
Il-karozella għandha tul ta’ seba’ metri twil, u li tiżen kważi erba’ tunnellati, tinġibed minn tmien żwiemel, imma skond ir-Reġina “mhux maħsuba biex tivvjaġġa fiha u m’hi komda xejn”.
Il-Maestà tagħha qalet li l-vjaġġ tagħha lejn Abbey kien ta’ madwar erba’ sa ħames mili u qalet li z-żwiemel jimxu b’ritmu kajman hafna ghax il-karru huwa wisq tqil.
Dan il-karozella kienet ikkummissjonata fl-1760 u minħabba li hi antika u li r-rikba tagħha mhux komda, tintuża biss f’ċerti okkażjonijiet inkluż f’xi ġublew.