Raġel ta’ 33 sena nqatel u żewġ persuni oħra ndarbu wara numru ta’ sparaturi f’kunċert tal-kantant T.I, f’New York.
L-attakk seħħ għall-ħabta tal-10p.m. ħin ta’ New York fl-Irving Plaza, sit ewlieni għall-ispettaklu mużikali. Iż-żewġ vittmi l-oħra huma raġel ta’ 34 sena u tfajla ta’ 26 sena. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. S’issa għadu ma ġie arrestat ħadd b’konnessjoni ma’ dan l-inċident.