L-Arabja Sawdija ħalliet għall-ewwel darba nisa jattendu għal logħba futbol, bħala parti mit-trattib ta’ regoli stretti fuq separazzjoni tas-sessi tal-pajjiż ultra-konservattiva Musulman.
Partitarji nisa daħlu fil-grawnd fil-belt ta’ Jeddah fil-jum tal-Ġimgħa mill-bibien iddedikati għall-familji u poġġew fiż-żona apposta tal-familji. U minkejja li setgħu ipoġġu f’din il-parti biss, il-preżenza tagħhom fil-grawnd immarkat mument sinifikanti għall-istess pajjiż.
Dan il-pass isegwi sensiela ta’ riformi li huma mmirati li jimmodernizzaw l-Arabja Sawdija. Iktar kmieni fil-jum tal-Ġimgħa infetaħ l-ewwel ħanut kbir tal-karozzi ddedikat għall-klijenti nisa.
Dan hekk kif għall-ewwel darba, nisa fl-istess pajjiż se jitħallew isuqu minn Ġunju li ġej, wara li f’Settembru li għadda tħabbar li se titneħħa l-projbizzjoni fuq is-sewqan min-nisa.