Quddiem kull tip ta’ aħbar jew rapport, inkluż l-għexieren pożittivi sa din il-ġimgħa stess, il-Prim Ministru jirreaġixxi dejjem b’iktar ħidma biex f’Malta jinġieb ix-xogħol u l-investiment inkluż fis-settur tas-servizzi finanzjarji li dwaru ħareġ stqarrija l-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista jitkellem ħafna dwar dan is-settur li sa qabel l-elezzjoni ntqal li kellu jżarma. Minflok ir-riżultati wrew li dan is-settur kiber b’kumpaniji ġodda li ġew u oħrajn li ssaħħu.
Għaldaqstant, jidher li anke hawn kollox baqa’ l-istess. Il-Partit Nazzjonalista jparla u l-gvern jaħdem u jġib ir-riżultati. Fuq kollox jekk hemm inġustizzja hi dik li qed issir minn min iġib l-ewwel il-partiġjaniżmu.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija li ħareġ.