L-Awtorita’ għal-Ambjent u r-Riżorsi tixtieq tinforma l-pubbliku illi għall-ħabta tal-16:00 rċiviet rapporti ta’ tniġġiż fil-bajja ta’ San Gorġ u l-madwar ġewwa San Ġiljan, fejn minnufih intbgħatu uffiċjali tal-istess Awtorita’ sabiex jispezzjonaw is-sit.
Irriżulta illi waqt li kien qiegħed isir xoghol f’sit ta’ kostruzzjoni, daħal ilma illi tħallat mat-trabijiet f’dan is-sit u niġġeż l-inħawi tal-madwar meta gie imbattal is-sit.
L-Uffiċjali tal-awtorita’ intervjenew minnufih sabiex b’mod immedjat jitwaqqaf kull xogħol li kien qiegħed isir, filwaqt illi ordnaw sabiex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata mill-aktar fis possibli.
L-uffiċjali tal-awtorita għadhom fuq il-post sabiex jassistu fl-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet konċernati.