Din il-ġimgha tkellimna mal-Kap ta’ Dar Merhba Bik Elaine Pavia fejn kompliet tinsisti kemm hu gust li wiehed jitkellem u ma jibżax,
Meta mistoqsija kemm hi reali din l-azzjoni llum il-ġurnata, Pavia wieġbet: ”Din ir-realtà, kienet tezisti u IVA, zgur li ghada reali u iktar min qatt qabel. Is-sorijiet tal-Karita` tar-Ragħaj it-Tajjeb bdew imissu din ir-realta` fis-snin seghin. Fis-sena 1980, tant missew din ir-realta’ illi nfethet Dar Merhba Bik.”
Ir-realtà preżenti ta’ l-abbuż jidher li qed jieħu forom u dimesjonijiet differenti. Biss biss nistaw nghidu li matul is-sena 2017 Dar Merhba Bik ospitat xejn anqas min 85-il familja. Meta ngħidu familja, dan ifisser nisa li jkunu vittmi ta’ abbuz u f’certu kazijiet l-ulied tagħhom. L-etajiet ta’ l-ommijiet ivvarjaw min 18-il sena sa l-fuq min 70 sena. Fejn jidhlu t-tfal, kellhom ukoll diversi trabi ta’ twelid sa l-eta` ta 17-il sena fid-dar tagħhom għall-kenn.
Elaine Pavia tgħid ukoll li l-estremitajiet huma varji, u kull każ huwa kwistjoni għalih. Saħqet ukoll li tajjeb illi nghidu li min ikun ilu jsofri fi skiet, għalih dak il-piz ikun wisq tqil. Il-vittmi jibdew ihossu emozzjonijiet imħallta u toqol inspjegabbli li jwassalhom li jibżgħu milli jitkellmu.
Kazijiet li esperjenzaw ivarjaw min vittmi bi ksur ta’għadam, dbenġil estrem, vittmi b’personalità imkissra, fi stat ta’ saħħa mentali deterjorata u saħansita vittmi li sforz l-abbuż ikunu tilfu l-identità ta’ min huma, xi jħobbu u tal-kapaċitajiet taghhom. Fejn jidħlu t-tfal, il-weġgħa hija ferm differenti fejn tara tfal ittrawmatizzati, imwerwera w imbezza’.
Pavia tappella biex kull min irid iktar informazzjoni u kuraġġ iċempel fuq il-linja tat-telephone fuq 21440035 u tista’ wkoll tintbaghat email fuq darmerhbabik@gmail.com jew anki permezz tal-pagna tagħhomfuq Facebook Dar Merhba Bik Foundation.