Imut l-eks-Segretarju Privat tal-Prim Ministru Dom Mintoff, Joe Camilleri .
Joe Camilleri twieled Raħal Ġdid fl-1932. Hu studja fl-Università Rjali ta’ Malta u fl-1956 ggradwa bħala spiżjar. Bejn l-1957 u l-1964 kien il-President tal-Labour League of Youth kif
ukoll kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali tal-Malta Labour Party.
Camilleri ħadem l-isptar bħala spiżjar bejn l-1958 u l-1971 sakemm inħatar Segretarju Privat
tal-Prim Ministru u Segretarju tal-Kabinett, kariga li baqa’ fiha sal-1976.
Fl-1977 hu kien viċi direttur tar-Regional Oil Combating Centre tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li fl-1981 inħatar direttur tal-Mid-Med Bank Ltd. Camilleri baqa’ f’dawn iż-żewġ karigi sal-1987.
Fit-13 ta’ Diċembru 2017, inħatar Membru Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta.
Il-Partit Laburista sellem ukoll il-memorja ta’ Camilleri li anke serva f’għadd ta’ karigi pubbliċi fejn kien ta’ servizz għall-pajjiż.