Il-politiku Ingliż Nigel Farage qal li fir-Renju Unit għandu jsir referendum dwar id-dħul mill-ġdid ta’ pajjiżu fl-Unjoni Ewropea.Fuq Twitter, l-eks mexxej tal-partit Ingliż UKIP, qal li referendum ieħor wara dak ta’ Brexit jista’ jsikket il-kwistjoni darba għal dejjem.
Farage kien ilu s-snin jikkampanja biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Huwa mexxa lill-Partit Ingliż UKIP mill-2006 sal-2009, u mill-2010 sal-2016.
Maybe, just maybe, we should have a second referendum on EU membership. It would kill off the issue for a generation once and for all. https://t.co/FQxniMi5MA
— Nigel Farage (@Nigel_Farage) January 11, 2018