L-aħbar li d-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ntalab mill-Awtorità tal-Ippjanar ineħħi l-illegalitajiet li għandu fi proprjetà tiegħu, inkluż f’żona ODZ, jikkonferma kemm Fenech Adami kien jipprova jqarraq meta jisforza biex jagħti impressjoni li kellu kollox skont il-liġi.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li anke jekk dwar il-proprjetà tiegħu Fenech Adami kien rebaħ libell, li dwaru hemm appell, l-ebda legaliżmi ma jneħħu l-fatt li la Beppe Fenech Adami u wisq inqas il-Partit Nazzjonalista ma huma kredibbli meta jitkellmu li jridu jħarsu l-ODZ.
Fenech Adami mhux l-uniku deputat li aġixxa b’mod differenti ħafna minn kif il-PN jitkellem dwar l-ODZ u ma kien hemm ebda forma ta’ kundanna mit-tmexxija tal-PN .
Għalhekk il-PN mhux kredibbli meta jgħid li jrid iħares l-ambjent, temm jgħid il-Partit Laburista fl-istqarrija.