Minn tal-inqas tlettax-il persuna mietu wara li ċaqlieq ta’ tajn għoli sal-qadd ħakmu n-Nofsinhar ta’ Kalifornja, fejn xita qawwija kkawżat għargħar.
Madwar mija tlieta u sittin persuna ttieħdu l-isptar. Għoxrin minnhom kellhom feriti relatati mal-maltemp u erbgħa oħra weġġgħu gravi.
Dan filwaqt li grupp ta’ iktar minn tlett mitt persuna huma rrappurtati maqbuda f’Romero Canyon, li jinsab fil-Lvant ta’ Santa Barbara.
Il-pulizija Amerikana qalet li x-xena dehret bħal żona ta’ battalja tal-Ewwel Gwerra Dinjija.