Il-Pulizija arrestat tnejn mit-tliet persuni involuti fi ġlieda f’Paceville bix-xwabel tas-Samurai.
F’kumment fuq facebook, l-ispettur Sandro Camilleri tal-Police Officers Union qal li dawn kienu arrestati wara ħidma tal-pulizija ta’ San Ġiljan u dawk tar-Rapid Intervention Unit.
Iż-żewġ persuni huma ta’ nazzjonalita Libjana u x’aktarx li wiehed minnhom huwa mfittex fil-Libja wkoll. Wieħed kien arrestat f’San Ġwann u l-ieħor is-Swieqi u mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.