Il-UEFA fi stqarrija li għadha kif ħarġet qalet li sitt pleyers li jilagħbu mat-tim ta’ Malta ta’ taħt il-21 sena ġew ipprojbiti b’mod differenti fosthom, tnejn minnhom: Emanuel Briffa u Kyle Cesare għal għomorhom.
UEFA bdiet investigazzjoni dixxiplinarja kontra sebà plejers Maltin ta’ taħt il-21 sena li allegatament kisru diversi punti minn artiklu 12 tar-regolamenti dixxiplinarji fi ħdan il-UEFA. Dan jidher li huma relatati ma’ kwistjonijiet ta’ tbagħbis fil-logħob. L-investigazzjoni hi relatata ma’ żewġ logħbiet Ewropej taħt il-kappa tal-UEFA fil-kampjonat tal-2017 li ntlagħbu fit-23 ta’ Marzu minn Malta kontra l-Montenegro u fid-29 tal-istess xahar minn Malta kontra r-Repubblika Ċeka.
Fl-14 u l-15 ta’ Diċembru li għadda, iltaqà l-bord ta’ etika, kontroll u dixxiplina fi ħdan il-EUFA fejn eżamina l-każijiet ta’ kull individwu li kien involut f’dawn l-attivitajiet imsemmija.
Il-Plejers huma:
Emanuel Briffa
Kyle Cesare
Samir Arab
Ryan Camenzuli
Llewlyn Cremona
Luke Montebello u
Matthew Cremona liema proċeduri kontrieh ġew imwaqqfa u għalhekk jista’ jkompli jilgħab.
Il-UEFA sostniet li hija determinata li tkompli taħdem biex jieqaf għal kollox it-tbagħbis fil-logħob tal-futbol.